Ryanair toffri miljun post għal €9.99

Il-kumpanija tal-ajru Ryanair fetħet skont “miljunarju” ta’ 24 siegħa li fih qed toffri miljun post għal €9.99.

Fi stqarrija, uffiċjal ta’ Ryanair qal li l-postijiet jistgħu jinxtraw sa nofsilejl għal titjiriet minn Novembru sa Marzu tas-sena d-dieħla. Spjega li l-iskont issejjaħ miljunarju għax qed joffri lill-klijenti ta’ Ryanair vaganza daqs li kieku miljunarji bl-irħas prezzijiet.

Wieħed jista’ jibbukkjar t-titjira minn fuq is-sit ta’ Ryanair www.ryanair.com.