Ryanair tħassar 1,000 titjira

Il-kumpanija Ryanair qalet li f’Mejju li għadda kellha tħassar 1,000 titjira li kważi kollha kienu kawża ta’ nuqqas ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

Ir-Ryanair qed tappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Gvernijiet Ewropej biex jieħdu azzjoni dwar dan qabel ma jkun hemm xi tip ta’ kollass tas-sistema matul ix-xhur tas-sajf, meta t-traffiku tal-ajru jkun fl-aqwa tiegħu.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Michael O’Leary qal li hemm nuqqasijiet serji fil-ħidma tat-traffiku tal-ajru tal-Ġermanja u tal-Ingilterra.

Semma wkoll li fi Franza mistenni li jkun hemm strajk tal-kontrolluri nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej, li se jwassal għal aktar dewmien fit-titjiriet.