Sa nhar il-Ħadd: 20% skont fuq 5 miljun titjira

Il-kumpanija tal-ajru Ryanair ħabbret li nediet tlett ijiem ta’ offerti għal Black Friday.
Permezz ta’ dawn l-offerti l-konsumatur se jkun jista’ jgawdi minn roħs fit-titjiriet fuq il-linja tal-ajru tal-kumpanija sa’ 20% minn ħames miljun post fuq l-ajruplani tagħha.
Din l-offerta hi valida għal titjiriet bejn Diċembru u April u li jkunu ġew ibbukkjati sa nhar il-Ħadd f’nofsillejl.
Kull min jixtieq igawdi minn dan ir-roħs jista’ jibbukkja l-biljetti tal-ajru minn fuq is-sit tal-kumpanija.