Ryanair se tibda ttir kuljum bejn Malta u Katanja

Il-linja tal-ajru low-cost, Ryanair, ħabbret rotta ġdida fix-xitwa bejn Malta u Katanja fi Sqallija.
Ir-rotta se titħaddem kuljum mit-30 t’Ottubru.
Fl-okkażjoni tat-tħabbir ta’ din ir-rotta ġdida, il-linja tal-ajru qalet li l-biljetti għal safar f’Novembru se jinbiegħu bil-prezz ta’ €19.99. Il-bejgħ jista’ jsir sa nofsillejl tal-Ħadd li ġej.  
Il-linja qalet ukoll li l-klijenti Maltin għandhom jistennew iktar titjib fix-xhur li ġejjin, fosthom titjib fl-ajruplani fuq ġewwa, uniformijiet ġodda għall-ħaddiema tagħha u iktar rotot ġodda.