Ryanair: Ottubru jitbissmilhom bil-kbir

Il-linja tal-ajru Ryanair irreġistrat żieda ta’ 13% fil-klijentela tagħha f’Ottubru ta’ din is-sena meta mqabbla m’Ottubru tas-sena li għaddiet.
Dan hekk kif f’Ottubru tas-sena l-oħra, l-għadd ta’ klijenti kien ta’ 9.7 miljun filwaqt li f’Ottubru ta’ din is-sena, il-klijenti laħqu l-10.9 miljun.
Barra minn hekk, it-tagħbija tal-passiġġieri fuq titjiriet orħos ukoll żdiedet f’Ottubru ta’ din is-sena meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena l-oħra hekk kif żdiedet b’1% biex issa laħqet il-95%.