Ryanair għal Pariġi u 7 destinazzjonijiet oħra ġodda

Il-linja tal-ajru Ryanair se tibda ttir minn Malta lejn Pariġi u seba’ destinazzjonijiet oħra ġodda.
Id-destinazzjonijiet il-ġodda jinkludu Barcelona (4 darbiet fil-ġimgħa), Bratislava (2), Budapest (2), Paris Beauvais (3), Porto (2), Pescara (2), Seville (2), u Tallinn (1).
Dan tħabbar fi stqarrija tal-kumpanija fejn ħabbret ukoll li mistennija tikber 14% matul din is-sena. Fissret li bit-tijiriet il-ġodda, il-linja tal-ajru se tkun kapaċi twassal 2.5 miljun konsumatur mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Tħabbar ukoll li l-Maltin issa jistgħu jibbukjaw it-titjira tagħhom sa Marzu 2019 permezz tas-sit Ryanair.com.