Ryanair b’roħs ta’ 50% f’Settembru u Ottubru

Miguela Xuereb

Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret roħs ta’ 50% fuq aktar minn 750,000 post f’titjiriet differenti f’Settembru u Ottubru.

Il-kumpanija ħabbret li dan se japplika għal 240 destinazzjoni.

Dawk li jitħajru jibbukkjaw xi titjira jistgħu jagħmlu dan minn fuq is-sit elettroniku tar-Ryanair mil-lum sa għada f’nofsillejl.

Il-kumpanija, bħal bosta kumpaniji oħra, ħadet daqqa ta’ ħarta minħabba l-waqfien fl-ivvjaġġar minħabba l-imxija tal-coronavirus. Hija kellha saħansitra tkeċċi 250 ħaddiem minn erba’ uffiċini differenti.