Ryanair b’destinazzjoni oħra fl-Italja

Il-linja tal-ajru Ryanair żiedet destinazzjoni oħra fl-Italja u din se tkun Trieste. B’hekk, għax-Xitwa li ġejja, Ryanair se tkun qed ittir minn Malta lejn 3 destinazzjonijiet oħra ġodda fl-Italja li huma Ruma (Fiumicino), Lamezia u Perugia.

Biex tiċċelebra din id-destinazzjoni ġdida għall-Maltin, Ryanair ħabbret Sale ta’ ġimgħa bil-biljetti jibdew minn €33.99 għal titjira bejn is-27 ta’ Ottubru li ġej u l-aħħar ta’ Jannar 2020.

Titjiriet oħra ta’ Ryanair jistgħu jiġu bbukjati sal-aħħar ta’ Marzu 2020.