​Ryan Mercieca jinħeles minn kull akkuża

Il-Qorti ddikjarat li l-eks-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ryan Mercieca, huwa liberat minn kull akkuża wara l-allegazjonijiet infondati ta’ theddid li ġie rrappurtat f’Marzu li għadda.
Hekk kif ġew eżawriti l-prodeċuri mill-Qorti ta' Malta, Mercieca qal li jilqa' b'sodisfazzjon l-eżitu tas-sentenza.
L-eks-kandidat tal-PN sostna li kif kien talab xhur ilu biex issir gustizzja, illum jilqa' b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-qorti u jħares il’ quddiem biex ikompli fil-ħidma politika tiegħu.