Rużarju mid-djar quddiem il-Madonna ta’ Pinu nhar l-Erbgħa

Ritratt: © CEphoto, Uwe Aranas

Il-Knisja qed issejjaħ lill-familji Nsara biex nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu jgħidu r-rużarju minn djarhom quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu mxandra fuq TVM2.

Fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, il-Knisja se tkun qed tingħaqad max-xewqa tal-Papa Franġisku, li dakinhar ikun jum ta’ talb mad-dinja kollha. L-Isqof Mario Grech se jmexxi l-Quddiesa u dritt wara t-talba tar-Rużarju Mqaddes mill-Kappella tas-Santwarju Ta’ Pinu.

Il-familji qed jiġu mħeġġa jinġabru fid-dar tagħhom madwar ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu u jitolbuha tieqaf mall-bnedmin f’din is-siegħa.

Ix-xandira tibda fil-5.30pm u se tintwera b’moddirett fuq TVM2, kif ukoll fuq Youtube tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn