Ruth ta’ Simpatiċi tagħlaq sninha

Rachel Micallef
Ritratt: Facebook/RachelMicallef

Awguri lill-attriċi Rachel Micallef li llum qed tiċċelebra għeluq id-39 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum fl-1981.

Micallef bla dubju li tibqa’ assoċjata mal-karattru ta’ Ruth Cassar li hija interpretat għal snin twal fis-sensiela Simpatiċi ta’ Hermann Bonaci Productions. Is-sensiela hi waħda popolari sal-lum tant li anki fid-diversi stħarriġ li jsiru matul is-sena, ir-repetizzjonijiet minn sena għall-oħra, anki matul is-sajf, irreġistraw udjenzi kbar.

Micallef interpretat ukoll dan il-karattru anki fid-diversi produzzjonijiet ta’ Simpatiċi li ttellgħu wkoll fit-teatru.

Fost l-aktar xogħlijiet riċenti tagħha nsibu l-produzzjoni teatrali Xagħret Mewwija ta’ Trevor Żahra, kif ukoll fi żmien tal-karnival fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Il-Qarċilla.

Għalkemm l-arti għadha tinteressaha, Rachel illum il-ġurnata qed tiffokka l-aktar fuq l-aspett fiżiku u fil-fatt qed taħdem bħala fitness instructior.

Awguri Rachel! Nittamaw li ma ndumux ma nerġgħu narawk fuq it-televiżjoni.