Ruth Portelli tirbaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2020

Il-kantanta Għawdxija Ruth Portelli rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Kuruni bi kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.

KKI 2020 – 11 Ruth Portelli Kuruni

Posted by NET Television on Wednesday, August 12, 2020

Fit-tieni post ikklassifikat Fjuri ta’ Mardy Farrugia fuq kliem u mużika ta’ Rita Pace filwaqt li fit-tielet post ikklassifikat Darba f’Mitt Qamar ta’ Graziella Vella fuq kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Kaya Priscilla Psaila.

Ir-rebbieħa tal-vot tal-pubbliku kienet Krista Spiteri Lucas bil-kanzunetta Jgħidulek fuq kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Kaya Priscilla Psaila.

Il-ġurija kienet iffurmata minn Marco Calleja, Peppi Azzopardi, Frederick Zammit, Ben Purple, Fiona Cauchi u George Cassar.

Il-festival kien organizzat miċ-chairman Robert Cutajar filwaqt li s-serata kienet ippreżentata minn Marbeck Spiteri u Charles Saliba.