Russu jispiċċa gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Tas-Sliema

Russu ta’ 50 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’The Strand Tas-Sliema.
Il-Pulizija qalet li l-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena mill-Mosta.
L-inċident seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tal-11.30pm.
Ir-Russu ttieħed Mater Dei għall-kura.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
Ritratt: Facebook – CMRU