Russu jaffaċċja 5 snin ħabs; uża qattus bħala arma

F’Moska fir-Russja, raġel qed jaffaċċja sentenza ta’ ħames snin priġunerija wara li uża qattus bħala arma biex jattakka uffiċjal tal-pulizija.

Skont il-BBC, meta l-pulizija resaq lejn il-blokka ta’ appartamenti fejn kien hemm l-istorbju, ir-Russu qabad qattus li kien fil-qrib, beda jċaqalqu u tefgħu għall-pulizija.

L-uffiċjal, li ntbagħat fuq il-post wara li rċieva lmenti dwar storbju minn residenti, spiċċa weġġa’ serjament minħabba grif estensiv f’wiċċu.

L-akkużat, li għandu 59 sena u li allegatament kien xurban, qed jaffaċċja akkużi kriminali ta’ vjolenza kontra pulizija.

Il-każ infetaħ ilbieraħ, aktar minn sena wara li seħħ l-inċident.