Russja-Ukraina: Ftehim ta’ paċi sal-Erbgħa?

Il-kriżi fl-Ukraina ġiet kaġun tal-pajjiżi tal-Punent.
Hekk qed jisħaq il-President Russu Vladimir Putin hekk kif il-Ġermanja u Franza daħlu bħala intermedjarji biex ir-Russja u l-Ukraina jerġgħu jgħixu fil-paċi.
Skont Putin, il-pajjiżi tal-Punent kisru l-wegħda tagħhom li ma jkabbrux in-NATO u ġagħlu lil pajjiżi bħall-Ukraina jagħżlu bejn l-organizzazzjoni internazzjonali u r-Russja.
Sadattant, Angela Merkel mistennija tiltaqa’ mal-President Amerikan Barack Obama iktar tard illum wara li fi tmiem il-ġimgħa, flimkien ma’ Francois Hollande, iltaqgħet mal-President Ukren Poroshenko u ma’ Putin.
It-tama taż-żewġ pajjiżi Ewropej hi li sa nhar l-Erbgħa, ir-Russja u l-Ukraina jerġgħu jaslu għal ftehim ieħor ta’ paċi.