Russja: Hovermarine militari jitla’ f’bajja mimlija nies

Il-każ seħħ fuq bajja fir-Russja. Mijiet ta’ nies kienu qed igawdu x-xemx u l-baħar meta f’daqqa waħda feġġ il-hovercraft tal-qawwa navali Russa.

Mument stramb meta l-vettura marittima msejħa Zubr baqgħet tiegħla fuq l-art.

Baħrin qabżu minnu u għalqu ż-żona madwaru biex ħadd ma jersaq lejh. Il-hovermarine jesa’ sa 400 suldat u jġorr missilli u armamenti oħra.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

L-awtoritajiet qalu li l-bajja tinsab f’żona militari u li n-nies mhux suppost kienu qegħdin hemm.