Russja: Appell biex Putin iħalli politiku tal-oppożizzjoni vvelenat jittieħed fi sptar ieħor

Mart Alexei Navalny appellat u talbet lill-President Russu Vladimir Putin biex jippermetti li żewġha, li hu politiku tal-oppożizzjoni Russa, biex jitħalla jmur il-Ġermanja għal kura urġenti.

Navalny, li hu wieħed mill-kritiċi l-iktar ħarxa ta’ Putin u jitkellem pubblikament kontra l-korruzzjoni fir-Russja, jinsab fil-periklu tal-mewt fi sptar fis-Siberja wara li ġie vvelenat waqt li kien qed jixrob it-te lbieraħ filgħodu.

Il-kundizzjoni tiegħu tjiebet ftit mal-lejl, madanakollu huwa għadu fil-periklu tal-mewt u t-tobba qed jgħidu li mhux b’saħħtu biżżejjed biex jitħalla jivjaġġa u jiċċaqlaq mill-isptar fejn qiegħed.