Rumanzi li jesploraw aspetti differenti tal-esperjenza femminili f’Malta

Xena minn Reluctant Healer

Is-sitt episodju ta’ Storja ta’ Storja li jixxandar fis-7.15pm jixxandar illejla fis-7.15pm fuq TVM. Il-programm tal-lum ilaqqagħna ma’ Lou Drofenik, l-awtriċi ta’ għadd ta’ rumanzi li jesploraw aspetti differenti tal-esperjenza femminili f’Malta u dik tal-imigrazzjoni. L-episodju jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz ‘The Reluctant Healer’ (Horizons Malta, 2018).

Lou Drofenik

Storja ta’ Storja hija serje televiżiva ta’ dokudrama li tħares lejn il-ħajja u x-xogħol ta’ tmien awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba l-oħra li jidhru f’dis-sensiela huma Alfred Sant, Loranne Vella, Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Alex Vella Gera, Maria Grech Ganado u Walid Nabhan.

Storja ta’ Storja hija produzzjoni tal-kumpanija awdjoviżiva Sajjetta, imtellgħa bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

L-episodju jkollu repetizzjoni l-Ħamis ta’ wara fit-8.15pm fuq TVM2.