Ruma: Daqshekk suldati Rumani li tieħu ritratt magħhom u jitolbuk il-flus

Ġieli mort sal-Kolossew jew sal-Funtana ta’ Trevi u kien hemm xi gladjatur jew suldat Ruman li stiednuk tieħu ritratt miegħhom u mbagħad talbuk xi €5 jew ferm aktar? 
Minn issa ‘l quddiem din se tkun illegali għaliex il-kummissarju ta’ Ruma, Francesco Paolo Tronca, li fil-preżent qed imexxi l-belt sakemm jinħatar sindku ġdid, iddeċieda li maġenb il-Kolossew ma jistax ikun hemm aktar nies liebsa ta’ gladjaturi u ċentirjuni bit-tir li jagħmlu l-flus minn fuq it-turisti. 
Kull min jinqabad b’dawn il-kostumi u jaqla’ l-flus mir-ritratti beda jeħel multa ta’ €400.
Mid-dehra diġà hemm xi tliet 'suldati' li qalgħu l-multa!