Rulina… x’għandha x’taqsam mal-ħajja tal-lum?

Ir-Rulina hija r-rota tal-fiera li ddur u ddur u daqqa tiġik tajba u daqqa le. Kultant il-ħajja qisha logħba, fejn kollox jiddependi mix-xorti.
Imma Rulina huwa proġett artistiku ispirat mid-dinja tal-logħob tat-tfal. Permezz ta’ letteratura mexxejja miktuba għall-okkażżjoni flimkien ma’ mużika oriġinali u żfin kontemporanju, dawk preżenti se jirriflettu dwar id-dinja li qegħdin ngħixu fiha, il-ġenn tal-ħajja u saħansitra l-mewt.
Din l-attività se ssir nhar is-Sibt li ġej fil-bitħa tal-Palazz Vilhena fl-Imdina. Se jsiru żewġ rappreżentazzjonijiet, fit-8.30pm u fid-9.30pm.
F’dan il-proġett se jieħdu sehem 28 mużiċist fuq strumenti tradizzjonali tal-banda.
Għal aktar informazjoni żur il-paġna ta’ Rulina fuq Facebook.