Ruiz jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Floriana F.C.

Ritratt: Facebook/FlorianaFC

Tħabbar li d-difensur ċentrali Arġentin Enzo Ruiz estenda l-kuntratt tiegħu ma’ Floriana F.C. sa sentejn oħra. Dan ifisser li hu jibqa’ jilgħab mal-klabb sal-aħħar tal-istaġun 2021/2022.

Il-plejer ta’ 31 sena beda jilgħab mal-Floriana fl-2016 u lagħab f’uħud mill-aqwa partiti tal-Floriana fil-kampjonati tal-FA Trophy, Super Cup 2016/17 u l-kampjonat Malti.

Fl-istaġun tal-2018/2019, Ruin ġie magħżul bħala l-aqwa plejer tal-klabb waqt li proprju dan l-aħħar huwa għaqqad il-100 preżenza mat-tim.

Ritratt: Facebook/FlorianaFC

Filwaqt li l-istaġun li jmiss se jkun il-ħames wieħed għal Ruiz mal-Floriana, l-istess staġun se jkun l-ewwel wieħed għall-midfielder Taljan ta’ 27 sena Nicola Leone li ffirma mal-Floriana fil-jiem li gaħddew.

Ritratt: Facebook/FlorianaFC

Leone kien inġieb f’Malta fil-bidu tal-istaġun li għadda minn Ħamrun Spartans.

Għall-Floriana l-akkwist ta’ Leone hwua t-tielet wieħed għall-istaġun li jmiss wara li fil-jiem ta’ qabel kien tħabbar li l-klabb iffirma miegħu lil Siraj Eddin Arab u Flavio Cheveresan.