Rugani ta’ Juve infettat bil-coronavirus

Juventus ikkonfermaw li d-difensur Daniele Rugani ġie infettat bil-coronavirus. Il-ġganti Taljani ppubblikaw stqarrija l-bieraħ filgħaxija b’din l-aħbar iżda qalu li l-plejer li għandu 25 sena m’għndux is-sintomi tal-coronavirus.

Rugani li dan l-istaġun lagħab seba’ darbiet fis-Serie A tpoġġa fi kwarantina bil-għan li l-vajrux ma jinxteridx mall-bqija tal-plejers ta’ Juventus. Juventus ħabbru li l-klabb ħa l-miżuri imponuti bil-liġi.