Rudy jitlaq lil Bayern

Sebastian Rudy ingħaqad ma’ Schalke 04 mingħand Bayern Munich għal €16m. Il-midfielder Ġermaniż iffirma kuntratt ta’ 4 snin u huwa mistenni jieħu post Leon Goretzka li mar jilgħab ma’ Bayern Munich wara li ntemmlu l-kuntratt.

Rudy sieħeb lil Bayern fis-sajf li għadda mingħand Hoffenheim iżda naqas milli jikseb post fiss fit-tim. Hu lagħab 34 darba fil-kompetizzjonijiet kollha għat-tim mill-Bavarja iżda ma kienx ħa jkollu rwol fil-pjanijiet għall-ġejjieni tal-klabb. Il-plejer ta’ 28 sena lagħab 26 logħba ma’ Die Mannschaft u kien parti mill-iskwadra magħżula minn Joachim Löw li sfat eliminata mit-Tazza tad-Dinja fil-fażi tal-gruppi.