Rubini terġa’ tixxandar

Sharon Calleja u Andrei Grech

Is-sensiela popolari Rubini se tkun qed terġa’ tixxandar matul ix-xhur tas-sajf fuq l-istazzjon Net mill-Erbgħa 1 ta’ Lulju b’żewġ puntati wara xulxin mid-9pm ‘il quddiem. L-istorja ta’ din is-sensiela dan l-aħħar ġiet ukoll ippublikata fi ktieb.

Għalfejn qegħdin jinstemgħu ħsejjes strambi u jidhru d-dellijiet f’Villa Zammit? Samantha teħodna fil-passat tagħha biex naraw minn xiex għaddiet li wassal għal dawn l-avvenimenti sopranaturali. X’sigriet hemm mistur fil-ġiżirana sabiħa tar-rubini li Robbie taha fil-lejl ta’ għeluq sninha? Tgħid bejnha u bejnu hemm xi ħaġa iktar minn hbiberija? X’qegħda tissuspetta Paola? Min huma Karl u Owen? X’rabta hemm bejnhom u bejn John Demanuele?

Fost oħrajn jieħdu sehem Andrei Grech, Sharon Calleja, Dorian Micallef, Andrew Attard, Ronnie Galea, Sandra Davis u Tania Bartolo.