RTK u radji Kristjani jitolbu lill-Gvern jiggarantixxi s-sigurtà lill-ġurnalisti

Il-Konferenza Ewropea tar-Radji Kristjani (CERC) qalu li l-libertà tal-istampa sseħħ biss meta l-ġurnalisti jaħdmu mingħajr biża’, u ħeġġew lill-Gvern sabiex jiggarantixxi s-sigurtà lill-ġurnalisti.
RTK Malta hu wieħed minn dan il-grupp ta’ radji, u ngħaqad ma’ 10 stazzjonijiet oħra tar-radju biex jikkundanna l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dawn il-11-il radju temmew iħeġġu lill-ġurnalisti biex jibqgħu jiktbu u ma jibżgħu qatt.
Il-konferenza saret f’Malta, b’radji minn Spanja, il-Belġju, il-Portugall, Franza, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, l-Islovenja, l-Awstrija u l-Ungerija.