RTK iżomm postu fl-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir

RTK żamm postu fl-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir bħala t-tmien stazzjon tar-radju l-aktar segwit fil-pajjiż. L-istazzjon żamm 3.5% tal-udjenzi Maltin.

Skont l-istħarriġ, l-għadd ta’ persuni li jisimgħu r-radju żdied bi 2.1%. Filwaqt li fi Frar 212,000 persuna li għandhom minn 12-il sena ‘l fuq kienu jisimgħu r-radju b’mod regolari, f’Lulju l-figura telgħet għal 225,00 persuna.

Jidher li f’Lulju, is-semmiegħa qattgħu medja ta’ 3.16-il siegħa jisimgħu l-istazzjon favorit tagħhom kuljum. Din il-figura hija ta’ 12-il minuta aktar minn dik ta’ dra li għadda, u 15-il minuta aktar mill-figura li kejjlet l-istess perjodu fl-2017.

L-istazzjon 89.7 Bay attira l-akbar ammont ta’ semmiegħa, b’total ta’ madwar 56,000 persuna. Dan kien segwit minn One Radio b’44,000 persuna, Vibe FM b’27,000 persuna u Radju Malta b’25,000 persuna.