RTK b’żieda qawwija fl-udjenzi

L-Istazzjon tar-radju RTK 103FM reġa’ saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fost l-udjenzi Maltin. L-udjenza tiegħu tul is-sajf ta’ din is-sena rreġistrat żieda qawwija ta’ 44% fuq l-udjenza li kellu fis-sajf tas-sena l-oħra. Dan ħareġ minn l-istħarriġ ippublikat mill-Awtorità tax-Xandir fuq tagħrif miġbur f’Lulju.

RTK kellu waħda mill-għola żidiet fl-għadd ta’ semmiegħa biex b’hekk kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu. B’din iż-żieda, RTK 103FM tela’ żewġ posijiet fil-klassifika tal-istazzjonijiet preferiti mis-semmiegħa.

Mill-istudju joħroġ ċar li programmi ta’ RTK 103FM ta’ filgħodu huma fost l-aktar popolari u l-aktar li rreġistraw żidiet qawwijja fl-udjenza. Ċaqlieqa oħra mill-udjenzi hija li bosta qed ifittxu RTK 103FM għall-bullettini tal-aħbarijiet. Fost il-programmi l-aktar popolari hemm dawk tal-kelma kif ukoll dawk li jkollhom mużika tal-widna.