Rotta għal billejl bejn Tas-Sliema u Buġibba

għami fuq tal-linja

Mil-llum se tibda topera rotta ġdida tas-servizz tal-linja ta’ billejl bejn ta’ Sliema u Buġibba. Din ir-rotta mistennija tgħaddi tul waħda mill-aktar rotot popolari f’Malta mit-Tnejn sal-Ħadd.

Ir-rotta l-ġdida R212 se tkun qed toħroġ minn Sliema Ferries għal San Ġiljan. Se tkun qed tgħaddi minn Triq il-Kosta, San Pawl il-Baħar u Buġibba Terminus kull 30 minuta.

Għal aktar dettalji dwar is-servizz tista’ tidħol fuq is-sit ta’ Malta Public Transport.