Roti u muturi għall-pellegrinaġġ f’Ħaż-Żabbar

Propju fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, dalgħodu diversi ċiklisti ħallew ir-Rabat bir-rota tagħhom għall-pellegrinaġġ sa Ħaż-Żabbar.

Is-sena l-oħra kienu ħadu sehem madwar 500 mutur u ‘il fuq minn 4000 rota.

Mal-wasla tagħhom f’Ħaż-Żabbar, issir talba u anke jsir it-tberik taċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi lil Madonna tal-Grazzja mill-kappillan Dun Sebestian Caruana.

Dan il-pellegrinaġġ beda jsir fl-1951, bħal parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Dak iż-żmien beda bil-muturi biss, iżda wara żdiedu ukoll ir-roti u baqa’ jżid fil-popolarita tiegħu.

Għandek xi ritratti? Ibagħthom fuq info@newsbook.com.mt.