Rotherdam: 1,400 tifel u tifla vittma ta’ abbuż f’16-il sena

Madwar 1,400 tifel u tifla spiċċaw vittma ta’ abbuż sesswali fuq perjodu ta’ 16-il sena f’Rotherdam.
L-istudju li sar jikkonkludi li huwa diffiċli ferm li jiġi konkluż eżattament minn xiex kellhom jgħaddu dawn it-tfal.
Qed ikun allegat li dawn il-każijiet ġraw bejn is-1997 u l-2013, fin-nofsinhar ta’ Yorkshire.
Hu mifhum li aktar minn terz tal-vittmi diġa’ kienu fil-lista tal-każijiet għand aġenziji li jipproteġu t-tfal.