Rota bajda mimlija fjuri fi Triq Reġjonali

Lapida f’forma ta’ rota tqiegħdet mal-ġenb ta’ Triq Reġjonali, ftit il-fuq mill-flyover tal-Kappara fejn ittajjar iċ-ċiklist Serb Zoran Pavlovic nhar il-Ġimgħa.
Fil-jum li qed jitfakkar il-Jum Dinji tar-Rota, il-Bicycle Advocacy Group (BAG) organizza attività għaċ-ċiklisti u d-delettanti taċ-ċikliżmu.
Id-dawra ta’ 18-il kilometru bdiet mill-Mosta u għaddiet minn diversi lokalitajiet .
Matul it-triq il-grupp waqaf fejn tilef ħajtu s-Serb nhar il-Ġimgħa fejn tpoġġa l-mafkar f’forma ta’ rota bajda kif ukoll fjuri biex jikkomemoraw it-traġedja.
Il-BAG jiltaqa mal-President.
Fl-attività attendew mas-70 ċiklist. Il-BAG iltaqa’ mal-President ta’ Malta Marie Louis Coleiro Preca. Il-President irreferiet għall-BAG bħala attivisti ta’ veru li jikkumbattu t-tniġġis u jnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku.
Ritratti: Paolo Cassar Manghi