Rossi jista’ jiġi sospiż għal sena

Rossi futbol sospiż sena

L-eks attakkant ta’ Manchester United u Villareal Giuseppe Rossi rriżulta pozittiv għal test tad-doping u jista’ jiġi sospiż għal sena. It-test seħħ f’Mejju li għadda meta l-eks plejer internazzjonali Taljan kien qed jilgħab mat-tim mis-Serie A Genoa.

Il-plejer ta’ 31 sena kellu karriera mimlija ‘injuries’ u bħalissa jinsab bla kuntratt wara li telaq lil Genoa fi tmiem l-istaġun. Rossi caħad li wettaq dan l-aġir u stqarr mal-aġenzija ANSA:

“Jien dejjem kont nadif [minn dawn is-sustanzi], dan huwa każ ċar li għandu jiġi injorat: sabuni pożittiv għal dan it-test minħabba kontaminazzjoni fl-ikel.”