Ingredjenti
450g kapuljat taċ-ċanga
2 kuċċarini tewm mgħaffeġ
ponta ta’ kuċċarina trab tal-ġinġer
1 bżaru aħmar imqatta’ f’biċċiet għat-tul
150g piżelli
390g ross imsajjar
3 mgħaref soy sauce
2 kuċċarini żejt
30g basal imqatta’ fin
Metodu
Saħħan taġen fuq nar bati bi ftit żejt. Żid l-ikkapuljat, it-tewm u l-ġinġer. Sajjar għal madwar 8-10 minuti, tħawwad kultant. Saffi miż-żejt u ħalli fil-ġenb.
Fl-istess taġen saħħan 2 mgħaref ilma. Żid il-bżaru aħmar u l-piżelli u sajjar għal 3 minuti sakemm isir il-bżaru. Wara żid ir-ross u s-soy sauce.
Itfa’ l-ikkapuljat u meta l-laħam jisħon żid il-basal sakemm dan isir.
Servi sħun.