Ross bil-karí

Ingredjenti

450g ross

4 mgħaref żejt taż-żebbuga

2 basliet mqattgħa

4 sinniet tewm mqattgħin rqaq

300g qarabagħli mqattgħin dadi

200g faqqiegħ mqattgħin slajsis ħoxnin

2 zunnarijiet mqaxxrin u mqattgħin dadi

2 bżariet ħelwin mqattgħin strixxi

150g qargħa ħamra mqattgħa dadi

100g fażola ħadra mqattgħa

2 mgħaref ħall

tuffieħa mqaxxra u mqattgħa dadi

meraq u qoxra ta’ lumija

60g żbib

2 mgħaref zokkor

3 mgħaref karì

melħ

Metodu

Saħħan iż-żejt f’borma u aqli l-basla sakemm tibda tibdel l-kulur. Żid il-karì u sajjar fuq nar moderat għal 2 minuti waqt li tħawwad. Żid il-kumplament tal-ħaxix, ħawwad kollox flimkien u kompli sajjar għal 5 minuti. Ħawwad kultant.

Żid il-ħall, il-meraq u qoxra tal-lumija, iz-zokkor imbagħad ħawwar bil-melħ. Ħawwad u sajjar għal 2 minuti. Żid iż-żbib u t-tuffieħa mqattgħa, ħawwad, għatti l-borma u kompli sajjar għal 12-il minuta.

Għalli r-ross f’borma bl-ilma bil-melħ. Saffi r-ross u poggih f’dixx sħun. Ferra’ z-zalza tal-karì fuq ir-ross u servi minnufih.