Ross bil-bajd u l-ħaxix

Ingredjenti

bajd

ross mgħolli

tewm

butir

basal

ħaxix imħallat tal-friża

soy sauce

bżar u melħ

Metodu

Ħu kemm għandek bżonn bajd, ħabbathom sew, żid nofs kuċċarina ilma u agħmilhom scrambled fil-butir. Neħħihom mit-taġen. Ħalli fil-ġenb fuq platt.

Żid ftit butir ieħor fit-taġen u aqli kemm tkun trid basal li jkun imqatta’ biċċiet żgħar. Wara tliet minuti żid tewma mgħaffġa u l-ħaxix li tkun neħħejtlu l-friża.

Saħħan għal żewġ minuta waqt li tħawwad sew.

Żid ir-ross fit-taġen, ftit soy sauce, il-bżar u l-melħ u l-bajd. Saħħan kollox flimkien waqt li tħawwad b’mgħarfa tal-injam.

Tista’ sservi sħun jew kiesaħ.