Rooney strumentali fir-rebħa kontra Crystal Palace

Il-maniġer ta’ Derby County Phillip Cocu saħaq li Wayne Rooney kien strumentali fir-rebħa xokkanti kontra Crystal Palace fl-FA Cup.

Ix-xutt minn distanza qasira ta’ Chris Martin kien biżżejjed biex rebbaħ lit-tim ġewwa Selhurst Park. Min-naħa l-oħra Palace tkeċċielhom il-captain Luka Milivojevic.  Rooney kien verament strumentali fil-logħba minn nofs il-grawnd.

Il-maniġer qal li l-esperjenza li għandu għenet ħafna. Stqarr li parti kbira mis-suċċess kienet il-kumbinazzjoni ta’ Rooney y Huddlestone bejniethom.

Oriġinarjament il-captain ta’ Palace intwera l-karta s-safra wara li kellu ġlieda fiżika mall-midfielder ta’ Derby Huddlestone. Derby setgħu żiedu t-tieni gowl tard fil-logħba meta Martyn Waghorn laqat il-lasta.

Riżultati oħra:

Bristol Rovers 2-2 Coventry City

Burton Albion 2-4 Northampton Town

Charlton Athletic 0-1 West Bromwich Albion

Chelsea 2-0 Nottingham Forest

Creww Alexandra 1-3 Barnsley

Middlesbrough 1-1 Tottenham Hotspur

Queens Park Rangers 5-1 Swansea City

Sheffield United 2-1 AFC Fylde

Liverpool 1-0 Everton

Gillingham 0-2 West Ham United