Rooney jaf jirritorna lura għall-futbol Ingliż

Wayne Rooney jaf jagħmel ritorn rimarkabbli lura għall-futbol Ingliż wara li daħal f’diskussjonijiet ma’ Derby County dwar potenzjalment rwol ta’ plejer u coach. Skont il-gazzetta Daily Telegraph, diġà saru xi diskussjonijiet preliminari bejn il-klabb u l-aġent ta’ Rooney, Paul Stretford. Aktar diskussjonijiet mistennija jsiru aktar ‘l quddiem.

Derby County appuntaw lill-eks plejer ta’ Barcelona u eks nazzjonal Olandiż Phillip Cocu bħala l-head coach ix-xahar li għadda. Issa qed jitfgħu ħarsithom lejn plejers li jistgħu ikunu ta’ siwi għat-tim. Bħalissa Rooney qed jilgħab għal DC United fl-MLS wara li mexa minn ma’ Everton.