Rooney imur fil-Major League Soccer

rooney

Wayne Rooney iffimra kuntratt ta’ tliet snin u nofs b’valur ta’ £12.5 miljun ma’ DC United. L-eks attakkant ta’ Manchester United se jagħmel id-debutt tiegħu fl-Audi Field Stadium li huwa l-grawnd il-ġdid ta’ DC United u se jilbes in-numru 9.

Rooney rebaħ 16-il trofew mar-Red Devils u skurja 253 gowl f’559 logħba. L-attakkant Ingliż irritona ma’ Everton, l-ewwel klabb tiegħu, wara li temm esperjenza li damet 13-il sena f’Old Trafford. Madanakollu r-ritorn tiegħu ma’ Everton dam biss sena hekk kif iddeċieda li jfittex avventura ġdida wara staġun diżappuntanti fejn it-Toffees spiċċaw fit-tminn post.

Miġjub lilek minn Hublot