Rondon segwit minn Atletico u Inter

rondon

Wara li West Bromwich Albion sfaw relegati mill-Premier League Ingliż, numru ta’ plejers huma mistennija li jingħaqdu ma’ klabbs oħra.
Wieħed minn dawn huwa Salomon Rondon li ġibed l-interess ta’ Atletico Madrid u Inter.
Chelsea kienu wrew interess f’Rondon matul is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar iżda t-trasferiment ma seħħx hekk kif minflok Chelsea akkwistaw lil Oliver Giroud mingħand Arsenal.
Anke West Ham tefaw għajnejhom fuq Rondon minħabba li l-kowċ il-ġdid Manuel Pellegrini jaf lill-attakkant Venezwelan permezz ta’ perijodu li qattgħu flimkien ma’ Málaga.
Rondon ingħaqad ma’ West Bromwich mingħand Zenit St Petersburg għal £12-il miljun fl-2015 u skorja 28 gowl f’102 logħba mal-Baggies.