Ronaldo u Messi possibilment jispiċċaw jilagħbu fl-istess tim

L-idea li Christiano Ronaldo jispiċċa jilgħab fl-istess tim ma’ Lionel Messi tinstema bħal donnha ħolma li ħafna partitarji jixtiequ li sseħħ. Skont rappordi barranin, din il-ħolma ta’ bosta jaf issir realtà. Dan wara li l-maniġer tal-MLS Adrian Heath qal li jemmen li l-par jistgħu jispiċċaw il-karriera tagħhom mat-tim ta’ David Beckham – Inter Miami.

L-eks plejer ta’ Manchester United, Real Madrid u LA Galaxy għandu pjanijiet ambizjużi u Heath qal li jemm li Beckham għandu l-poter biex jgħaqad il-par flimkien. Hu kompla billi qal li tkun xi ħaġa inkredibbli għall-futbol fl-Amerka. Spjega kif jekk hemm persuna li għandha l-fama diġà u li tista’ tagħmel din il-ħolma tal-bosta realta, hija David Beckham.

Hu rrappurtat li Beckham għandu relazzjoni tajba ħafna ma’ Ronaldo. Hu għandu 35 sena u potenzjalment daqt jibda jħares lejn sfidi ġodda ‘l barra mill-Ewropa qabel ma jirtira.