It-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus fi kwarantina

Juve-Logo

Skont rapporti barranin Juventus ikkanċellaw is-sezzjonijiet ta’ taħriġ kollha u tefgħu lit-tim sħiħ ta’ taħt it-23 sena fi kwarantina minħabba biża’ ta’ infezzjoni mill-coronavirus.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li kien żvelat li tlieta mill-plejers ta’ Pianese u l-maniġer tagħhom spiċċaw infettati bil-vajrus. Skont rapporti barranin, ħadd mill-plejers ta’ Juventus ma’ għadu rriżulta pożittiv għall-vajrus.

Iżda jidher li l-plejers se jkollhom jibqgħu d-dar minn tal-inqas sat-8 ta’ Marzu. Skont Forbes it-training tħassar ukoll għal Cristiano Ronaldo u sħabu. Jidher li se jibqgħu bla taħriġ sakemm tibqa’ sospiża l-logħba mis-Serie A kontra Inter Milan.