Ronaldo se jdawwar il-lukandi tiegħu fi sptarijiet?

L-attakkant ta’ Juventus Cristiano Ronaldo se jkun qed idawwar il-lukandi li għandu fi sptarijiet għal nies li huma nfettati bil-coronavirus. Il-midja barranija qed tirrapporta li Ronaldo se jkun qed iħallas lit-tobba u lill-ħaddiema li se jkunu qed jgħinu lill-pazjenti.

Din l-epidemija poġġiet l-isport fuq pawża minħabba li l-vajrus qed jinfirex b’mod mgħaġġel madwar l-Ewropa.

Skont il-gazzetta Spanjola Marca, Ronaldo qed jippjana biex idawwar il-lukandi li għandu fil-Portugal fi sptarijiet. Jidher li t-trattament se jingħata kompletament b’xejn u se jkun qed jieħu ħsieb il-pagi tal-ħaddiema wkoll.