“Ronaldo ma kienx f’kundizzjoni fiżika tajba” – Santos

Il-kowċ tal-Portugall Fernando Santos spjega r-raġuni għala beda lill-istilla Cristiano Ronaldo fuq il-bank tas-sostituti fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Andorra.
Santos saħaq illi Ronaldo kien nieqes mill-partiti ma’ Real Madrid wara li dabbar sospensjoni ta’ ħames logħbiet fil-La Liga Spanjola.
Dan irriżulta f’kundizzjoni fiżika mhux daqshekk tajba.
Eventwalment Ronaldo daħal fit-tieni taqsima u ispira lit-tim tiegħu għar-rebħa meta sab ix-xibka fit-63 minuta.
Min-naħa l-oħra l-istess kowċ Portugiż ma riedx jirriskja lill-plejer ta’ 32 sena għall-aħħar partita tal-grupp kontra l-Iżvizzera minħabba illi kellu diġà tliet karti sofor.