Ronaldo jista’ jitlef kemxa flus jekk ibigħ daru fl-Ingilterra

Cristiano Ronaldo bħalissa qed jipprova jbigħ id-dar tiegħu fl-Ingilterra li kien xtara 10 snin ilu. Biex ibigħha lest li jitlef nofs miljun lira sterlina.

Il-plejer ilu li telaq lil Manchester United kważi għaxar snin u għalhekk ma kinitx sorpriża li s-superstar internazzjonali huwa lest ibigħ id-dar tiegħu li tinsab15-il mil biss ’il bogħod mill-eks-grawnd tiegħu f’Old Trafford għax issa m’għdux jersaq lil hemm.

Ronaldo, li jilgħab mal-klabb Taljan ta’ Juventus, ħareġ għall-bejgħ id-dar b’ħames kamra tas-sodda tal-brikks mibnija fuq tliet sulari għal prezz ta’ £3.25 miljun.

Il-futboler Portugiż huwa mistenni li jitlef £600,000 jekk ibigħ għal dak il-prezz li talab. Ronaldo, ta’ 33 sena, xtara d-dar għal £3.895 miljun għaxar snin ilu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn