Ronaldo jiskurja l-14-il gowl tal-istaġun

Juventus

Dan kien l-14-il gowl li skurja Ronaldo f’dan l-istaġun u d-disa’ wieħed mill-aħħar sitt logħbiet li lagħab fis-Serie A.

Il-logħba marret għall-agħar għal Roma meta lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima kellu jieqaf Nicolo Zaniolo li deher muġugħ ħafna. Hu kellu jinħareġ mill-grawnd bi stretcher. Roma rnexxielhom jiskurjaw gowl fit-68 minuta grazzi għal penalty ta’ Diego Perotti.

Ir-riżultat ħalla lil Juventus b’48 punt fil-quċċata tal-klassifika nofs triq tal-istaġun. Huma qegħdin żewġ punti ‘l fuq minn Inter Milan, u Roma qegħdin fil-ħames post b’35 punt.

Aktar kmieni l-Ħadd, Hellas Verona bdew fuq nota ħażina meta qalgħu gowl kontra Genoa iżda rnexxielhom jirbħu l-logħba bl-iskor ta’ 2-1. Huma telgħu għat-tmien post b’25 punt.