Ronaldo jirriżulta pożittiv għall-coronavirus

Juventus

Read in English.

Cristiano Ronaldo rriżulta pożittiv għall-coronavirus skont l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Portugiża u tpoġġa iżolat. Fl-istess waqt intqal li ma kellu l-ebda sintomi tal-marda. 

L-istilla tat-tim nazzjonali tal-futbol tal-Portugall u tat-tim Taljan tal-Juventus sar magħruf li kien infettat illum it-Tlieta wara nofsinhar. It-test għall-virus sar nhar il-Ħadd li għadda fejn it-tim kollu kien ittestjat iżda l-ebda wieħed minnhom ma nstab li kien milqut mill-marda.

Ronaldo, li għandu 35 sena, issa se jkollu jitlef il-logħba tal-Portugall kontra l-Iżvezja għada l-Erbgħa fin-Nations League.