Ronaldo jibda l-avventura tiegħu ma’ Juventus b’rebħa

Juventus kellhom bidu tal-istaġun pożittiv wara li għelbu lil Chievo 3-2 f’logħba li ntlagħbet is-Sibt l-għadda. Ronaldo, li skurja l-ewwel gowl tiegħu għal Bianconeri f’logħba ta’ ħbiberija kontra l-iskwadra Juventus B, naqas milli jibda jiskurja fis-Serie A iżda kien xorta waħda perikoluż fl-attakk.

Sami Khedira poġġa lil Juventus fil-vantaġġ wara 3 minuti logħob qabel Mariusz Stepinski  ġab id-draw għal Chievo qabel tmiem l-ewwel taqsima. Chievo marru fuq quddiem permezz ta’ penalty skurjat minn Giaccherini fis-56 minuta iżda d-difensur Mattia Bani skurja awto gowl li temm il-vantaġġ ta’ Chievo. Federico Bernardeschi skurja l-gowl tar-rebħa fit-93 minuta sabiex ta r-rebħa lil Juventus.