Ronaldo jħalli €20,000 tips f’lukanda

Waqt btala fil-Greċja, il-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo bellah lill-ħaddiema tal-lukanda fejn kien qed joqgħod meta ħallielhom tip ta’ €20,000.

Skont id-Daily Mail, Ronaldo tant kien impressjonat bis-servizz li tawh f’Costa Navarino, li ma setax jitlaq mingħajr ma jurihom il-gratitudni tiegħu.

Hu talab li l-flus li ħallielhom jinqasmu bejn l-impjegati tal-lukanda.

Ronaldo qasam xi mumenti mill-vaganza tiegħu fuq il-kont tiegħu ta’ Instagram.

View this post on Instagram

Lovely moments!👌🏽

A post shared by Cristiano Ronaldo (@cristiano) on

View this post on Instagram

❤️

A post shared by Cristiano Ronaldo (@cristiano) on

Mill-Greċja, Ronaldo baqa’ sejjer Turin biex uffiċjalment jiffirma l-kuntratt tiegħu mal-Juventus għal 4 snin, ftehim li jiswa €100 miljun.

Fl-2017, Ronaldo għamel madwar €92 miljun, bi dħul minn attivitajiet oħra minbarra l-futbol, skont rapport ta’ Forbes.