Ronaldo jgħid lill-klabb li jrid jitlaq

Aħbar drammatika li ħarġet il-gazzetta Daily Record tgħid li l-istilla Portugiża ta’ Real Madrid, Cristiano Ronaldo, qal lill-klabb tiegħu sabiex ibigħuh għas-somma ta’ €100 miljun lil xi tim li jeħtieġ is-servizz tiegħu.
Skont din il-gazzetta jidher li Ronaldo u l-pPesident Florentino Perez xejn m’għandhom relazzjoni tajba u dan jista’ jfisser li l-plejer ta’ 32 sena jista’ jħalli lil Merengues.
Dan kollu ġara minħabba li wegħda ta’ Perez li jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ Ronaldo ma ġietx imwettqa b’dan tal-aħħar jieħu għalih bil-kbir.
Wara din l-aħbar li ħarġet fil-ħarġa tal-bieraħ ta’ dan il-ġurnal, attenti hemm PSG u ManchesterUnited illi ser jagħmlu minn kollox biex jaħtfu lill-Madrileni dan il-plejer rebbieħ għal ħames darbiet tal-ballun tad-deheb.