Ronaldo jgħaddi lil Messi u jsir l-aqwa plejer tad-dinja

Il-footballer ta' Real Madrid Christiano Ronaldo, ta' 31 sena, għadda lill-plejer ta' Barċellona, Lionel Messi u lill-plejer ta' Atletico Madrid, Antoine Griezmann, biex rebaħ il-premju tal-aqwa plejer tad-dinja.
Ronaldo ssemma' bħala l-aqwa plejer waqt l-inawgurazzjoni tal-Premijiet tal-Futbol tal-Fifa f'Zurich.
F'Diċembru, Ronalso rebaħ ukoll il-Ballon d'Or.
Hu rċieva ż-żewġ premjijiet bħala rikonoxximent għas-suċċess tiegħu fiċ-Champions League, fejn lagħab ma' Real Madrid, u fil-Euro 2016, fejn lagħab mal-Portugall.
Carli Lloyd, mill-Istati Uniti, issemmiet bħala l-aqwa plejer femminili.